Iż-żgħażagħ qed jitpoġġew ma’ dawk li jabbużaw mid-droga f’Monte Karmeli – MUMN

L-għaqda tal-infermiera u l-qwiebel MUMN ilmentat fuq il-fatt li t-tibdil infrastrutturali li qed isir fl-Isptar Monte Karmeli wassal biex pazjenti li għandhom bejn 9 snin u 17-il sena jitqiegħdu f’sala li fiha hemm il-pazjenti li jabbużaw mid-droga.

Fi stqarrija ffirmata minn Paul Pace, il-President tal-MUMN, qal li mhuwiex sewwa li qed jitqiegħdu flimkien żgħażagħ li huma ta’ riskju żgħir mit-Taqsima Psikjatrika taż-Żgħażagħ u żgħażagħ li huma ta’ riskju akbar. Huwa qal li dawn m’għandhomx jitħalltu hija skont ordni tat-tabib.

L-MUMN qalet li minkejja li s-servizzi tagħha u l-impjegati tagħha ma ġewx affettwati, is-sigurtà taż-żgħażagħ involuti issa qiegħda f’periklu.

Ilbieraħ, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li fl-Isptar Monte Karmeli, li kellu xi ħsarat fis-soqfa f’xi swali, ġew evakwati xi kmamar sabiex jitranġaw.

Filmat: Partijiet perikolużi f’Monte Karmeli evakwati