Iż-żgħażagħ Nazzjonalisti jridu tmexxija ġdida

Arkivji: Luke Zerafa

Read in English.

Il-fergħa taż-żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista, MŻPN, ħarġet stqarrija tgħid li trid tim ġdid biex imexxi l-Partit Nazzjonalista.

Fuq Facebook, l-MŻPN qalet li ma tistax tinjora l-ittra li bagħat Louis Galea lbieraħ lill-Kap tal-Partit Adrian Delia. Sostnew li l-istqarrija maħruġa minn 17-il Membru Parlamentari, is-sondaġġ li ħareġ mill-MaltaToday il-Ħadd li għadda u l-ittra li kiteb Louis Galea kollha huma indikazzjonijiet li hemm bżonn il-bidla fil-Partit Nazzjonalista.

Biex tassew inkunu qegħdin nagħtu prijorità lill-ġejjieni tal-Partit Nazzjonalista, ma nistghux ninjoraw dak li ġara…

Posted by MŻPN on Friday, February 7, 2020

Qalu wkoll li jaqblu mal-pożizzjoni li ħa Louis Galea biex jistaqsi lill-President tal-Eżekuttiv tal-PN, Alex Perici Calascione, biex jiżgura li l-Eżekuttiv jieħu l-miżuri kollha li hemm bżonn biex jifforma tim ta’ tmexxija ġdid.

L-MŻPN stqarret li “hemm bżonn ta’ nifs ġdid, enerġija u ideat ġodda,” u li huma lesti jkunu parti minn din ir-riġenerazzjoni.

Minkejja dawn it-talbiet, ilbieraħ il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li beħsiebu jibqa’ fit-tmun tal-Partit.