​Iż-Żgħażagħ Maltin fl-EU Nations Junior Water Polo Cup 2015

Bidu tajjeb għall-Maltin li qed jieħdu sehem fl-EU Nations Junior Water Polo Cup 2015, li qed issir f’Malta.
Il-Maltin kieu maqsumin f’żewġ timijiet, fejn Tim A fl-ewwel logħba ħareġ rebbieħ kontra Wales bl-iskor ta’ 30-2.
Wara din il-logħba Tim B, sfortunatament ġie megħlub 9-5 mill-Awstrija.
F’logħba oħra li kellu Tim A, għeleb lid-Danimarka bl-iskor ta’ 23-4.
Aktar tard, Tim B ukoll ħareġ rebbieħ meta għeleb lit-tim Skoċċiż bl-iskor ta’ 18-7.
Dawn il-logħbiet għandhom iservu ta’ għajnuna kbira lit-tim nazzjonali Malti li f’Ġunju li ġej se jieħu sehem f’Baku fl-Ażerbajġan.