Iż-żgħażagħ Lhud maħtufa jinstabu mejta

It-tliet żgħażagħ Lhud li kienu ġew maħtufa aktar kmieni x-xahar li għadda nstabu mejta.
Kelliem għall-armata tal-Iżrael qal li l-katavri tagħhom instabu f’ħofra qrib il-belt ta’ Halhul, fit-tramuntana ta’ Hebron.
Iż-żgħażagħ, Naftali Frenkel, Gilad Shaar u Eyal Yifrach kellhom bejn is-16 u 19-il sena.
L-aħħar li kienu dehru kien fi fruntiera qrib Hebron waqt li kienu qed jippruvaw jiddubbaw passaġġ lejn id-dar.
Il-Prim Ministru tal-Iżrael Benjamin Netanyaho qal li l-Hamas huma responsabbli ta’ dan l-attakk. Din l-istqarrija ġiet miċħuda mill-grupp militanti tal-Palestina.