Iż-żgħażagħ jitgħallmu dwar ir-relazzjonijiet onlajn

Għal 14-il sena konsekuttiva qed jiġi organizzat ir-Rights 4U live-in li din is-sena qed jitratta r-relazzjonijiet onlajn.

Din is-sena ġew organizzati żewġ live-ins, wieħed f’Malta u ieħor f’Għawdex bil-parteċipazzjoni ta’ 71 żagħżugħ u żagħżugħa bejn it-13 u l-15-il sena. L-għan tagħhom huwa li jgħinu lill-parteċipanti jiżviluppaw ħiliet ta’ ħsieb kritiku, jiffurmaw relazzjonijiet soċjali, u jipprattikaw kunċetti bħar-rispett.

Il-Kummissarju għat-Tfal Pauline Miceli qalet li ż-żgħażagħ għandhom ikunu aktar responsabbli u mhux biss jistrieħu fuq il-familja tagħhom.