Iż-żgħażagħ iridu l-għajnuna biex jikbru spiritwalment

Ħames żgħażagħ minn Swaziland għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-Panama

Fi Swaziland ir-Re jista’ jibdel l-ismijiet tan-nies.  Żgħażugħ li llum għandu 28 sena u li meta twieled semmewh Thoba, issa nbidillu ismu għal Swatini. Dan flimkien ma’ sitt ġuvintur oħra kien fil-Panama għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Meta tliet snin ilu, il-Jumm Dinji taż-Żgħażagħ kien sar fil-Polonja, kienu marru 18-il persuna minn Swaziland.  Iżda din is-sena 7 biss irnexxielhom jagħmlu l-vjaġġ “għax il-Panama hi l-bogħod u l-vjaġġ lejn il-Panama jiswa ħafna flus.  Dawk li jirnexxielhom jaslu għal avveniment bħal dan għandhom iqisu lilhom infushom ixxurtjati u jirringrazzjaw ‘l Alla”.

Vatican News tkellem ma’ dan iż-żagħżugħ li qal li fil-parroċċa tiegħu qed jistennewh lura biex jgħidilhom dak li seħħ fil-Panama. Din l-edizzjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħżagħ “għallmitni xi tfisser l-għaqda”. Hu jixtieq li l-parroċċa u d-djoeċsi kollha fejn jgħix ikunu parti minn din l-għaqda wkoll.

Thoba qal li fil-Panama ħa ħafna noti waqt is-sessjonijiet tal-katekeiżmu u tgħallem ħafna. Iżda l-aktar li laqtu kien dak li qal il-Papa Franġisku dwar dak li n-nies fil-Knisja qed  jagħmlu għaż-żgħażagħ u kif jistgħu jgħinuhom jikbru spiritwalment.

Hu spjega għaliex dal-kliem tal-Papa mpressjonah. “Uħud mill-ġenituri tagħna fi Swaziland, ma jagħtuniex appoġġ. Għalhekk la mmur lura se ngħidlhom “il-Papa qed jgħid li għandkom tappoġġjaw liż-żgħażagħ biex tgħinuhom jikbru spiritwalment.”

Iż-żgħażugħ fisser kif Isqof Awstraljan li mexxa lezzjoni ta’ katakeżi “għallimna niex nimxu wara sl-sejħa tagħna”. Hu jrid ifiehem dan lil sħabu għax fi kliemu “il-maġġoranza taż-żgħażagħ, speċjalment f’pajjiżu, jaħarbu s-saċerdozju jew milli jsiru sorijiet: dawn iridu jisimgħu x’inhu jgħidilhom Alla.

 

Thoba qal li hu kien imsejjaħ biex jgħinu żgħażagħ oħra jimxu fil-vokazzjoni tagħhom u jikbru spiritwalment u jkun mexxej tagħhom. Fil-livell ta’ parroċċa diġà hu ‘leader’. Meta ż-żgħażagħ tal-parroċċa jħarsu lejh jaraw fih lil ‘ħuhom’, mudell li għandhom isegwu.

 

Għalhekk, inkoraġġit minn kliem il-Papa, Thoba hu determinat li jgħin lil sħabu żgħażagħ anke jekk ħadd aktar f’pajjiżu m’hu lest li jginhom.