Iż-żgħażagħ inkwetati dwar it-tibdil fil-klima – Delia

Read in English.

Waħda mill-aktar kwistjonijiet li ż-żgħażagħ huma inkwetati fuqha hija t-tibdil fil-klima. Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal dan waqt iż-żjara li dalgħodu għamel waqt Freshers Week fil-Junior College fl-Imsida. Żied li jekk din il-kwistjoni mhux se tiġi indirizzatha l-poplu se jbati minnha fil-futur.

Waqt li kien qed jindirizza ż-żgħażagħ, Delia qal li ż-żgħażagħ għandhom impatt pożittiv fis-soċjetà u jixtieq li apparti li jistudjaw u jistinkaw iħarsu ‘l quddiem biex huma wkoll ikunu katalisti tal-bidla tal-pajjiż u tal-ambjent.

Matul din iż-żjara il-Adrian Delia kien akkumpanjat mill-Kelliem għall-edukazzjoni Clyde Puli, kif ukoll mill-Prinċipal u l-Viċi Prinċipal tal-Junior College.