Iż-żgħażagħ imħeġġa biex ikomplu bid-dedikazzjoni għall-isports

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo, qal li żgħażagħ għandhom opportunitajiet kbar fl-isport u għalhekk ħeġġiġhom biex ikomplu bid-dedikazzjoni tagħhom kemm għall-ġid ta’ saħħithom kif ukoll biex jitħajjru aktar żgħażagħ jersqu lejn xi dixxiplina sportiva.   

Is-Segretarju Parlamentari qal dan meta iltaqa’ ma’ Nathan Lee Xuereb li għamel suċċess barra minn xtutna bir-rebħ ta’ midalja tad-deheb fl-isparar.

Filwaqt li feraħ lilu u lill-Malta Shooting Federation għal dan is-suċċess.

 

Ritratt: DOI