“Iż-żgħażagħ għandhom joħolqu x-xogħol mhux ifittxuh”

Għall-ewwel darba f'Għawdex se jiġi organizzat ‘Youth Start-Up Village’, fejn iż-żgħażagħ Għawdxin se jkollhom l-opportunità li jitgħallmu, jiddiskutu u jifhmu x’opportunitajiet jeżistu biex jibnu karriera fin-negozju. 
Waqt il-programm Baħar Jaqsam fuq RTK, Euchar Sultana mill-Young Business Entrepeneurs (YBE) sostna li ż-żgħażagħ għandhom joħolqu x-xogħol huma stess u mhux ifittxu x-xogħol biss.
Spjega li nhar is-Sibt li ġej, il-YBE flimkien ma’ diversi kumpaniji se jkunu qed jesebixxu l-offerti tagħhom biex iħajru liż-żgħażagħ ikomplu fil-linja tan-negozju. Se jkun hemm ukoll tliet diskussjonijiet dwar kif tibda kumpanija u l-opportunitajiet li jeżistu f’Malta.
Min iżur din l-attività li se ssir fil-parkeġġ qrib stabbiliment kummerċjali ewlieni fir-Rabat, Għawdex se jkun qed jingħata numru ta’ freebies.
Għal aktar informazzjoni  tista’ tagħfas hawn.