Iż-żgħażagħ għandhom ikunu dejjem fiċ-ċentru ta’ kull deċiżjoni – PN

Hekk kif id-dinja qed tiċċelebra l-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ, il-Partit Nazzjonalista jsostni li jemmen li ż-żgħażagħ għandhom dejjem ikunu fiċ-ċentru ta’ kull deċiżjoni fil-pajjiż.
Fi stqarrija, il-Kelliem tal-PN għaż-Żgħażagħ Robert Cutajar qal li l-PN isellem lil dawk l-eluf ta’ żgħażagħ Maltin li jiddedikaw sigħat twal fil-volontarjat. Saħaq li ż-żgħażagħ huma s-sinsla ta’ kull soċjetà għax huma l-irġiel u n-nisa ta’ għada.
Cutajar qal li l-Partit Nazzjonalista jiftakar ukoll f’dawk iż-żgħażagħ lil hinn minn xtutna li għaddejjin minn tbatija minħabba xi tip ta’ persekuzzjoni jew faqar.