Iż-żfin u l-arpa għall-Malta International Arts Festival

Iż-żfin u l-arpa se jkunu ż-żewġ attivitajiet ġodda li se jagħmlu parti mill-Malta International Arts Festival ta’ din is-sena.
Il-Moveo Dance Company se jagħtu wirja ta’ esperjenza armonjuża, li flimkien maż-żfin, il-leħen u l-mużika se jtellgħu spettaklu ta’ moviment tal-ġisem minn bnadi differenti.
Minbarra koreografija se jkun hemm ukoll parteċipazzjoni ta’ Miriam Cauchi, Simon Abdilla Joslin u Albert Garzia.
Din se tittella fil-Forti ta’ Sant’ Iermu fit-13 ta’ Lulju.
L-arpista Caroline Callejfa wkoll se tkun qed tagħti wirja mużikali bix-xogħlijiet ta’ Grandjany, Zabel, Salzedo, Tailleferre u Fauré fiċ-ċentru Fortress Builders fil-Belt Valletta fid-9 ta’ Lulju.
Il-Malta International Arts Festival se jittella’ bejn it-8 u t-18 ta’ Lulju f’postijiet differenti madwar Malta. Għal iktar dettalji żur is-sit www.maltaartsfestival.org.