Iż-żewġ teatri Għawdxin se jingħaqdu għal kunċert wieħed

Għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom, it-teatru Astra u dak Aurora fir-Rabat Għawdex se jingħaqdu flimkien biex itellgħu kunċert wieħed maqsum fuq jumejn.
Il-kunċert Djamanti Mużikali, l-ewwel se jsir fid-29 ta’ Novembru fit-teatru Astra u mbagħad fis-6 ta’ Diċembru fit-teatru Aurora.
Waqt il-kunċert se jitfakkru l-avvenimenti tal-Indipendenza u r-Repubblika, l-ewwel darba li dawn iż-żewġ kisbiet importanti se jiġu mfakkra flimkien.
Il-kunċert se jkun mimli kanzunetti ta’ talent Għawdxi u Malti li se jkun usa minn dak li ttella’ fi Smart City. 
Il-kunċert Djamanti Mużikali se jkun b’xejn u hu organizzat mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali (FCN) flimkien mal-Ministeru għal Għawdex.