Iż-żewġ suldati akkużati b’omiċidju għadhom mhux sospiżi mill-AFM

AFM

Iż-żewġ suldati li wieġbu mhux ħatja għall-qtil ta’ raġel mill-Kosta tal-Avorju għadhom ma ġewx sospiżi mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM).

Kelliema għall-AFM qalet ma’ Newsbook.com.mt li ż-żewġ suldati akkużati bl-omiċidju ta’ Lassana Cisse Souleymane u l-attentat ta’ qtil ta’ raġel mill-Guinea u ieħor mill-Gambja ma ġewx sospiżi. Spjegat li t-tnejn li huma jinsabu taħt investigazzjoni interna tal-AFM.
Wieħed mis-suldati ssieħeb mal-armata fl-2018 u l-ieħor fl-2017.

Iż-żewġ suldati dehru l-Qorti dalgħodu. Ġew akkużati wkoll b’hit and run fl-1 ta’ Frar.

Tista’ taqra aktar dwar x’ġara fil-Qorti llum minn hawn.