Iż-żewġ partiti politiċi jappellaw għall-kalma

Fi stqarrija konġunta, il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista appellaw lill-pubbliku biex tul dawn l-aħħar jiem ta’ l-elezzjoni ġenerali, kulħadd iżomm il-kalma u jimxi mal-ordnijiet mogħtija mill-Pulizija, ikun xi jkun ir-riżultat tal-elezzjoni.

Iż-żewġ partiti qalu li jaqblu li fl-għeluq tal- polling boots għandhom jitneħħew kwalunkwe billboards bi propoganda politika.