Iż-żewġ partiti jużaw l-istess palk

Newsbook jinsab infurmat li ż-żewġ partiti l-kbar qablu li jużaw l-istess palk għall-mass meetings tagħhom fuq il-Fosos tal-Floriana.

Il-Partit Laburista għamel mass meeting fuq il-Fosos nhar il-Ħadd li għadda. Nhar il-Ħamis, il-Partit Nazzjonalista se jorganizza l-mass meeting tiegħu fuq il-Fosos, fl-aħħar jum tal-kampanja elettorali.

Nistaqsu jekk dan hux l-ewwel qbil li seta’ intlaħaq bejn iż-żewg partiti f’din il-kampanja elettorali.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taht.