Iż-żewġ Korej se jiltaqgħu għal taħdidiet

Iż-żewġ Korej mistennija jiltaqgħu l-ġimgħa d-dieħla għal taħdidiet.
Il-Korea t’Isfel żvelat li aċċettat l-istedina tal-Korea ta’ Fuq, wara li ż-żewġ partijiet, f'Awwissu, kienu qablu li jibdew taħdidiet.
Skont il-BBC, mhux lakemm jittieħdu deċiżjonijiet kbar fl-ewwel laqgħa imma l-fatt li t-tnejn se jiltaqgħu, ifisser rieda miż-żewġ naħat biex tonqos it-tensjoni.