Iż-żewġ Korej jaqblu li jkomplu bil-laqgħat għall-paċi

Il-Korea ta’ Fuq u l-Korea ta’ Isfel qablu li jerġgħu ikomplu bil-laqgħat għall-paċi, li kienu ġew sospiżi fi Frar li għadda.
Dan il-ftehim intlaħaq waqt żjara li għamlu uffiċjali għolja tal-Korea ta’ Fuq f’Seul għaċ-ċerimonja tal-għeluq tal-Logħob Ażjatiku.
Għal din il-laqgħa attendew Hwang Pyong-so, li huwa meqjus bħala l-iktar bniedem influwenti fil-Korea ta’ Fuq wara Kim Jong-Un u l-Ministru tal-Korea ta’ Isfel responsabbli mill-għaqda mal-Korea ta’ Fuq.
Iż-żewġ naħat se jerġgħu jiltaqgħu fil-ġimgħat li ġejjin.