“Iż-żewġ impjegati tal-FIAU twaqqfu skont il-liġi” – il-Ministru Scicluna

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li ż-żewġ impjegati tal-Aġenzija tal-Gvern kontra l-Ħasil tal-Flus (FIAU) twaqqfu skont il-liġi, waqt il-perjodu ta’ probation.
F’ittra bi tweġiba liċ-Chairman tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar il-Panama Papers, Werner Langen, il-Ministru Scicluna qal li m’hemm xejn x’jindika li d-deċiżjoni li jitwaqqfu l-impjegati, ma tteħditx skont kriterji oġġettivi u fl-aħjar interess tal-FIAU.
Il-Ministru assigura lil Werner Langen li l-bord tal-FIAU dejjem ħadem b’mod adattat u dejjem ħa deċiżjonijiet b’mod awtonomu u mingħajr indħil minn barra.
Qal li jinsab infurmat li “l-ispekulazzjonijiet li saru f’xi diskorsi u f’xi midja huma infondati u bla sustanza.”