Iż-żewġ atleti li ddominaw il-House of Sport 10k series

L-atleti Charlton Debono u Lisa Bezzina jkomplu jiddominaw fil-House of Sport 10k Series. Iż-żewġ atleti kienu fost it-320 atleta li ħadu sehem fir-rotta l-ġdida mill-Imdina għal Ħad-Dingli u lura.
 
Din kienet ġimgħa impenjattiva għal Debono, fejn ħa t-titlu tal-Isportiv tas-Sena fl-Għażliet Sportivi Għawdxin, kif ukoll rebaħ it-tellieqa ta’ 3,000 metru l-ġurnata ta’qabel. Mit-taqsima tan-nisa, Lisa Bezzina spiċċat fl-ewwel post bi 30 minuta u 5 sekondi.
 
Id-Direttur tat-Tellieqa, Charlie Demanuele qal li "Kullħadd kien jaf li din ir-rotta ma kienitx ser tkun waħda faċli. Il-House of Sport 10k Series kisbu reputazzjoni għar-rotot  xeniċi iżda li joffru sfida.  Mir-reazzjoni fuq l-uċuħ tal-parteċipanti, rajna li l-aspettattivi tagħhom ġew milqugħin".
 
Fit-tieni post mit-taqsima tal-irġiel insibu lil Dillon Cassar, li segwa lil Debono 25 sekonda wara. Fit-tielet post daħal Motassim Yusef Ali, 2 minuti u 33 sekonda wara Debono u Cassar.
 
Josann Attard Pulis ħadet it-tieni post fit-taqsima tan-nisa, b’distakk ta’ 30 sekonda. B’ħin ta’ 41 minuta u 22 sekonda, Giannella Buġeja kisbet it-tielet post.
 
It-tellieqa li jmiss tal-House of Sport 10K Series se ssir nhar il-Ħadd 2 ta' Settembru f'Burmarrad. Ir-reġistrazzjonijiet se jinfetħu iktar ‘il quddiem.