Iż-Żejtun FolkFest se jgħin 29 persuna f’Dar Nazareth

Il-Fondazzjoni Nazareth fiż-Żejtun, bħalissa qed tilqa’ fiha 29 persuna u qed titlob għall-għajnuna.
Iż-Żejtun FolkFest għalhekk se jkun qed isir b’risq din id-Dar, sabiex tkun tista’ tkompli tipprovdi s-servizzi tagħha matul is-sena.
Il-festival se jsir bejn il-Ħamis 24 u s-Sibt 26 ta’ Lulju, b’numru ta’ baned u kantanti lokali jieħdu sehem.
Fl-aħħar ġurnata se jkun hemm ukoll il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.