Iż-żejt jinżel f’livelli baxxi rekord

Ilna issa sitt xhur naraw il-prezz taż-żejt jinżel ġurnata wara l-oħra.
Il-prezz f’Lulju kien iktar minn 100 dollaru-il barmil. Issa jinsab 49 dollaru.
Dan wassal għal spekulazzjonijiet kbar fis-swieq.
L-OPEC, li hi l-għaqda li tinkludi l-ikbar produtturi taż-żejt madwar id-dinja, stqarret li mhux se tnaqqas il-produzzjoni fix-xhur li ġejjin. Sadattant dan il-prezz tant baxx qed iwassal għal diversi riperkussjonijiet madwar id-dinja.
Bosta pajjiżi qed igawdu minn prezzijiet ferm irħas ta’ diesel u petrol u għaldaqstant jista’ jgħin il-konsum.
Bosta konsumaturi se jifdlilhom iktar flus fil-but u b’hekk dan iwassal biex in-negozju f’pajjiżhom jikber.
Min-naħa l-oħra, diversi kumpaniji li joperaw fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli qed ikollhom problemi kbar. Uħud minnhom qed ifallu. Fosthom insibu kumpaniji Amerikani li nvestew biljuni ta’ dollari fl-aħħar snin f’riċerka u infrastruttura biex jipproduċu dak li huwa msejjaħ shale gas
Diversi analisti qalu li dawn mhux se jirnexxielhom jibqgħu fis-suq jekk il-prezz jibqa’ tant baxx.
Sadattant hemm stennija kbira għall-elezzjoni fil-Greċja iktar tard dan ix-xahar. Il-partit fl-Oppożizzjoni qed isostni li f’każ li jirbaħ, lest joħroġ miż-żona ewro u anke ma jħallasx djun li għandu ma’ pajjiżi oħra. Dan wassal biex indiċi madwar id-dinja raw tnaqqis notevoli. Minkejja dan, it-telf ġie rkuprat kollu kemm hu fil-ġurnata tal-Ħamis.
Għaldaqstant fl-ewwel ġimgħa sħiħa ta’ ħidma għal din is-sena, rajna bosta indiċi jibqgħu fl-istess livelli li bihom spiċċaw is-sena li għaddiet. Is-suq tal-bonds baqa’ wieħed b’saħħtu.
Dan l-artiklu huwa miġjub lilkom minn MPM Capital Investments Ltd – www.mpmci.net, Tel. 21493250
L-informazzjoni u l-ħsibijiet inklużi fl-artiklu huma pprovduti għal skop ta’ edukazzjoni u informazzjoni biss u m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala parir ta’ investimen