Iż-żejt fil-Bajja s-Sabiħa ma kienx ta’ ħsara

Il-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa qed terġa’ tinfetaħ għall-għawm.
Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali qal li minn testijiet tal-kampjuni ta’ ilma baħar ma nstabet l-ebda kontaminazzjoni.
Minbarra t-testijiet mil-Laboratorju Pubbliku fuq kampjuni ta’ ilma, saru wkoll testijiet fuq il-bajja. Irriżulta li ma nstab l-ebda materjal jew żejt minerali li jista’ jagħmel ħsara.
Fis-sigħat li ġejjin ħaddiema mid-Direttorat se jkunu qed ineħħu t-tabelli li twaħħlu fl-aħħar jiem.