Iz-zalza għall-pizza

Ingredjenti

2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

2 inċoviet

3 rjus tewm mgħaffġa

2 mgħaref weraq tal-origanu mqattgħa fin ħafna

nofs kuċċarina trab tal-origanu

bott tadam sħiħ imqaxxar

melħ

nofs kuċċarina zokkor

nitfa bżar iswed

nitfa baking soda

Metodu

Saħħan iż-żejt fuq nar bati u sajjar l-inċova fih għal minuta. Żid it-tewm u sajjar għal minuta oħra. Wara itfa’ l-origanu l-frisk u naqqas in-nar. Sajjar għal 2 jew 3 minuti oħra.

Żid it-trab tal-origanu u t-tadam. Saħħan sakemm jerġa’ jisħom u żid il-melħ, il-bżar u z-zokkor. Naqqas is-sħana u sajjar sakemm it-taħlita teħxien u ż-żejt jitla’ fil-wiċċ.

Żid il-baking sodau ħallat tajjeb.