Iż-żagħżugħ li kaxkar lil Simon Schembri jinħeles mill-arrest

Iż-żagħżugħ li kien saq minn fuq l-uffiċjal tal-Pulizija Simon Schembri u kaxkru ammont ta’ metri ngħata l-ħelsien mill-arrest.

Liam Debono qed jiġi akkużat b’attentat ta’ qtil tal-kuntistabbli Simon Schembri li sofra minn diversi ġrieħi wara li spiċċa mkaxkar għal diversi metri. Huwa kien arrestat fis-16 ta’ Mejju.

L-akkużat ta’ 17-il sena tħalla jmur lura d-dar b’depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €40,000. Dan ġie deċiż dalgħodu fil-Qorti preseduta mill-Imħallef Antonio Mizzi.

Barra minn hekk, Debono jrid jiffirma l-Għassa kull nhar ta’ Sibt u kienu stabbiliti l-ħinijiet li fihom jrid jidħol u joħroġ mid-dar.

Il-Qorti ddeċidiet li se jkun hemm uffiċjal tal-probation se jkun qed josserva liż-żagħżugħ. Il-Qorti nnuttat ukoll kif iż-żagħżugħ huwa taħt l-età u li jekk jinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mhux produttiva.

Iż-żagħżugħ kien imwaqqaf mill-Kuntistabbli Schembri għax kien bla seatbelt, iżda ż-żagħżugħ kien saq minn fuqu. Kawża tal-ġrieħi li ġarrab, il-Kuntistabbli Schembri tilef idu.

L-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia qed jidhru għaż-żagħżugħ.

AQRA: “Spiċċa nofsu mejjet fit-triq qisu kelb” – qarib ta’ Simon Schembri

AQRA: “Taf li tajjart pulizija?”;”Iva naf”

AQRA: Aġġornata: Fil-periklu tal-mewt il-pulizija li ntlaqat minn karozza misjuqa minn żagħżugħ bla liċenzja