Iż-żagħżugħ li kaxkar lil Simon Schembri b’akkużi ġodda

Ian Noel Pace

Iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena li jinsab akkużat bl-attentat qtil tal-Pulizija Simon Schembri wara li kaxkru bil-karozza, issa qed jiġi akkużat b’sensiela ta’ serqiet ta’ karozzi fl-2017.

Hu ġie akkużat bis-serqiet ta’ żewġ karozzi u mutur f’Mejju u Ġunju tas-sena l-oħra. Akkużi oħra jinkludu tbagħbis fin-numru tax-xasi, sewqan ta’ mutur mingħajr liċenzja u li żamm vetturi u pprova jbigħhom.

Iż-żagħżugħ ġie akkużat ukoll li kiser il-projbizzjoni tal-Qorti dwar is-sewqan u li ma għandux permess iġib il-liċenzja.

Fil-Qorti dalgħodu l-akkużat qal li mhux ħati, madanakollu ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.

Il-Maġistrat Francesco Depasquale ordna li Debono jinżamm taħt arrest.