Iż-żagħżugħ li għajjat “Allah hu Akbar” jgħid li ried jitlob għall-mejjet

Fil-Qorti ż-żagħżugħ ta' 29 sena, li ġie arrestat wara li għajjat “Allah hu Akbar” waqt funeral fil-Marsa, qal li huwa għajjat hekk bħala talba għall-mejjet u mhux biex ibeżża’ lin-nies.
Il-każ seħħ quddiem il-Knisja tat-Trinità Qaddisa.
Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit iż-żagħżugħ kien mixli li kiser il-paċi pubblika u li kien fi stat ta' sakra.
Min-naħa tiegħu l-avukat taż-żgħażugħ spjega li hija drawwa fir-reliġjon Musulmana li jgħidu “Allah hu Akbar” waqt li jsellmu lill-mejtin.
Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-libertà b’kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fis-sentejn li ġejjin.