Iż-żagħżugħ li attakka sinagoga f’San Diego x’aktarx aġixxa waħdu

A candlelight vigil is held at Rancho Bernardo Community Presbyterian Church for victims of a shooting incident at the Congregation Chabad synagogue in Poway, north of San Diego, California, U.S. April 27, 2019. REUTERS/John Gastaldo

Żagħżugħ ta’ 19-il sena li ġie akkużat li spara fuq persuni li kienu qed jiċċelebraw is-Sabbath ġo Sinagoga fin-Nofsinhar ta’ Kalifornja jidher li kien qed jaġixxi waħdu mingħajr għajnuna minn xi grupp organizzat skont l-awtoritajiet tal-pajjiż.

Il-Pulizija qalet li ż-żagħżugħ daħal fis-Sinagoga li tinsab fil-limiti ta’ San Diego tard is-Sibt filgħodu, fejn qatel mara u darab tliet persuni oħrajn permezz ta’ xkubetta.

Skont l-awtoritajiet, is-suspettat li jismu John Earnest, ħarab b’karozza qabel ma ċempel lill-Pulizija u ta ruħhu b’idejh lilhom. Is-suspettat, li qed jiġi investigat fuq kriminalità oħra f’Moskea qed jiġi mressaq il-Qorti akkużat bi qtil u tliet attentati ta’ qtil.

Intant, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ, ir-Rabbi Yisroel Goldstein deher emozzjonat waqt li tkellem fuq il-vittma, Lori Kay, li kien ilu jaf madwar 25 sena. Tenna li kienet persuna li tħobb mingħajr kundizzjonijiet.