“Ixxukkjati” – MDA; Il-Kummissarju għall-Ippjanar b’ittra lill-PM

Miguela Xuereb

Read in English.

L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi (MDA) qalet li tinsab ixxukkjatha li ġġaraf għalkemm biss il-ħajt ta’ propjetà li tinsab biswit sit ta’ kostruzzjoni f’Gwardamanġa. Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman bagħat ittra lill-Prim Ministru Joseph Muscat jappella għall-azzjoni fuq xogħlijiet f’siti ta’ kostruzzjoni.

AQRA: Il-proċess għadu għaddej biex jitwaqqaf ir-Regolatur tal-Bini u l-Kostruzzjoni – il-Ministru Borg

Dan kien ir-raba’ inċident simili fi spazju ta’ inqas minn sena, bl-ewwel inċident ikun f’Novembru meta ġġarraf maħżen ta’ stabbilimenti fl-ImrieħelInqas minn xahrejn ilu binja ġġarrfet fil-Pietà b’persuni jispiċċaw bla saqaf fuq rashom. Filwaqt li s-Sibt waqgħet binja fil-Mellieħa li ġo fiha kien hemm mara ta’ 77 sena li garbet ġrieħi ħfief. Il-Ħamis ċeda parti minn ħajt ta’ blokka ta’ appartamenti f’Gwardmanġa.

AQRA: Filmat: “Se nispiċċaw inmorru l-preċett tan-neputija bix-shorts u t-tshirt?” – residenta mbikkma

Fl-istqarrija tagħha l-MDA qalet li huwa ovju li x-xogħol tal-iskavar qed isir mingħajr ma jsiru biżżejjed investigazzjonijiet fuq is-sitwazzjoni tal-ħitan ta’ terzi viċin tal-post fejn ix-xogħol ikun propost. Sostniet li wieħed ma għandux jassumi li l-ħitan ta’ terzi huma stabbli.

L-Assoċjazzjoni sostniet li hemm bżonn li jsir xi ħaġa dwar din is-sitwazzjoni filwaqt li saħqet li se tkun qed turi l-appoġġ tagħha għall-miżuri li l-Gvern se jieħu azzjoni fuq xogħol ta’ skavar ħdejn bini eżistenti. Iktar tard il-Ħamis il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qed jiltaqa’ mal-stakeholders fl-industrija tal-kostruzzjoni.

AQRA: Filmat: Sakemm jispiċċaw l-investigazzjonijiet hemm bżonn jittieħdu xi miżuri – Muscat

‘Il-liġi qed tiġi skartata’

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman kiteb lill-Prim Ministru Joseph Muscat dwar il-proċess ta’ twaqqiegħ u skavar f’siti ta’ kostruzzjoni. Il-Perit Alan Saliba, li kien wkoll espert tal-Qorti, appella lill-Prim Ministru għal azzjoni fil-konfront ta’ xogħlijiet f’siti ta’ kostruzzjoni u saħaq dwar il-bżonn ta’ sigurtà taċ-ċittadini. Il-Kummissarju għall-Ippjanar elenka numru ta’ proposti għal azzjoni immedjata.

AQRA: Filmat: 2 periti sospiżi fl-aħħar 5 snin – Vella Lenicker

B’referenza għall-Kodiċi Ċivili, Saliba fakkar kif wieħed ma jistax jagħmel xogħol ta’ skavar f’distanza ta’ inqas minn 76 mill-ħajt diviżorju, kompla jgħid iżda li meta wieħed jara l-pjanti sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll jdur dawra ma’ Malta u Għawdex, jinduna li din il-liġi qed tiġi skartata. Huwa spjega li terzi persuni jistgħu jistgħu jieħdu passi biss bi proċeduri fil-Qorti li ħafna drabi jinbdew tard wisq.

Il-proposti li saru mill-Kummissarju għall-Ippjanar huwa dawn li ġejjin:

  1. Bżonn li jinħolqu proċeduri kriminali kontra l-kuntratturi fejn min jikser id-distanza (kemm dik stipulata bil-liġi jew kwalunkwe distanza li toħroġ l-Awtorità) jkun suġġett għal proċeduri kriminali.
  2. Il-Periti għandhom juru fil-pjanti s-sotterran fid-distanza preskritta u mhux jinħbew wara “saving third party rights” għax jekk le l-istess proġett jista’ jkun espost għal proċeduri ta’ impediment.
  3. Kwalunkwe ftehim privat li jippermetti l-ksur tal-liġi tad-distanza għandu jiġi ddikjara null u bla effett.
  4. Kull sit li fil-preżent jinsab skavat f’inqas mid-distanza preskritta għandu jiġi reġistrat sabiex jittieħdu l-mitigazzjonijiet opportuni.