Ixtri rigal żgħir u tkun qed tgħin ħafna lill-Inspire

Il-fondazzjoni Inspire flimkien ma’ The Think Shop ingħaqdu flimkien biex ipproduċew tmien ornamenti differenti, erba’ bil-Malti u erba’ bl-Ingliż. Dawn jistgħu jiddendlu mas-siġra tal-Milied però għandhom messaġġi li jibqgħu s-sena kollha.

Fi kliem Theresa Bonniċi, il-Fondazzjoni Inspire temmen ħafna fit-tama. hija spjegat li t-tama żżomm lill-fondazzjoni u lill-klijenti tagħhom għaddejjin. Hija qalet li bħala fondazzjoni jiddependu fuq id-donazzjonijiet tan-nies u dawn l-ornamenti huma mod kif jagħtu lura lill-pubbliku li jagħżel li jagħmel donazzjoni lill-Inspire dan il-Milied.

L-ornamenti qed jinbiegħu sett ta’ erba’ jew wieħed jista’ jagħżel li jinxtri ornament wieħed. Il-prezz tatghom huwa ta’ wieħed €5 u €20 għal sett ta’ erbgħa. Il-messaġġi pożittivi ta’ dawn l-ornamenti inisslu tbissima fuq wiċċ kull min jirċevihom. Però jagħti tbissima akbar lill-klijenti ta’ din il-fondazzjoni għax dawn ifisser li huma jkunu jistgħu jkomplu jirċevu s-servizz li huwa tant importanti għalihom.