Ixtri ikla u appoġġja l-industrja tal-catering lokali ma’ JCI Malta

Read in English.

JCI Malta nediet proġett imsejjaħ ‘Buy a Meal’, li jappoġġja lill-SMEs lokali fl-industrija tal-catering jew ospitalità matul dawn iż-żminijiet filwaqt li jgħin ukoll lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà.

Dan il-proġett huwa mmirat lejn dawk in-nies li jixtiequ jgħinu waqt il-pandemija u lil hinn iżda jistgħu ma jkunux jafu x’jistgħu jagħmlu.

‘Ixtri Ikla’ hija soluzzjoni sempliċi u b’mill-inqas €10, tgħin żewġ setturi tas-soċjetà. Kull ma trid tagħmel hu li tmur fuq https://www.jci.org.mt/support-local/buy-a-meal u tagħżel kemm ikliet tixtieq tixtri, tħallas online u l-ikliet imbagħad se jkunu ordnati mir-ristoranti lokali u kkonsenjati lil dawk li għandhom bżonnuhom b’konformità mal-proċeduri kollha ta’ iġjene meħtieġa.

Permezz ta’ dan il-kunċett in-nies se jgħinu lil dawk in-negozji iżgħar li qed jesperjenzaw tnaqqis fin-negozju tagħhom billi jkunu mġiegħla jagħlqu l-bibien tagħhom filwaqt li jgħinu wkoll lil dawk l-inqas ixxurtjati matul din il-pandemija. Barra minn hekk hemm ukoll l-opportunità għall-impjieg f’dawn iż-żminijiet dgħajfa jekk ir-ristoranti jixtiequ jwaqqfu jew jespandu s-servizz tad-delivery tagħhom.

Ristoranti lokali interessati li jagħmlu parti minn dan il-proġett tħeġġew biex jiffirmaw fuq il-websajt  https://www.jci.org.mt/support-local/buy-a-meal. In-nies ukoll tħeġġew biex jappoġġjaw dan il-proġett u joffri l-appoġġ tagħhom lil dawk li m’għandhomx riżorsi u benefiċċji disponibbli.

JCI Malta hija NGO lokali li taħdem ma’ professjonisti żgħażagħ bil-għan li tiżviluppahom f’mexxejja u aġenti futuri.

Għal aktar informazzjoni u biex issir membru ta’ JCI Malta żur is-sit www.jci.org.mt

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn