Ixrob il-kafè biex tieħu ħsieb snienek!

Huwa possibbli li d-dentist ġieli qallek li jekk tieħu kafè iswed, snienek ma jieħdux gost bik.
Iżda riċerka li saret riċentament turi li jekk tixrob il-kafè b'moderazzjoni, tista' twaqqaf is-snien milli jitħassru.
Xjentisti fil-Brażil sabu li hemm tip partikolari ta' kafè li għandu ingredjenti kontra l-baktirja. Jekk ikun qawwi, iswed, bla zokkor, il-kafè jista' jżommlok snienek f'saħħithom.
Madanakollu wieħed mir-riċerkaturi qal li minkejja li dan ir-riżultat huwa eċitanti, wieħed irid joqgħod attent jekk jikkonsma ħafna kafè minhabba l-effetti tal-aċtu u t-tbajja'. 
Eventwalment il-kimika f'dan il-kafè tista' tiġi estratta biex tintuża għal mouthwash u t-toothpaste.