Ixrob ammont sostanzjali ta’ ilma qabel tersaq biex tagħti d-demm

Bdejna x-xahar sħun t’Awwissu, u għalkemm b’mod ġenerali din is-sena s-sħana mhix daqshekk qalila, xorta wieħed irid joqgħod attent u jipprepara ruħu sew minn qabel jersaq biex jagħti d-demm. Fil-fatt hu ferm importanti li wieħed jibda jixrob ammont sostanzjali ta’ ilma miin qabel ma’ jersaq biex jagħti d-demm, u b’hekk tinżamm pressjoni tajba qabel, waqt, kif ukoll wara d-donazzjoni. Jista’ jkun li dan il-preparament bażiku jitqies bħala ħtieġa trivjali, iżda fir-realtà hu essenzjali biex id-donazzjoni tad-demm tkun kompluta sal-aħħar u tagħti s-sodisfazzjon sħiħ lil min ikun taha.

Intant dawk li jixtieq jgħinu lil tant pazjenti rikoverati fl-isptarijiet ta’ Malta u Għawdex għandhom jersqu kemm jista’ jkun malajr:

·       fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum 7 ijiem fil-ġimgħa (inkluż fil-festi pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm

L-għoti tad-demm fi tmiem il-ġimgħa jista’ jsir:

·        fil-mobile blood donation unit li nhar il-Ħadd 9 ta’ Awwissu ser ikun quddiem il-Knisja tas-Salib Imqaddes, Żona Sant’ Andrija, Ħaż-Żabbar. Il-ħin disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm ikun mit-8:30am sas-1:00pm.

·         fil-Berġa tax-Xewkija li nhar It-Tlieta 11 t’Awwissu ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm.

 Huwa importanti li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.

Nota importanti!

Minħabba l-imxija tal-COVID-19 qed jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi protett kulmin jersaq biex jagħti d-demm, kif ukoll il-professjonisti tas-Servizz. 

Dan it-tagħrif twassal min-National Blood Transfusion Service Malta.