Ixolji l-Parlament Ingliż; bidu ta’ kampanja elettorali

Britain's Prime Minister Boris Johnson speaks ahead of a vote on his renegotiated Brexit deal, on what has been dubbed "Super Saturday", in the House of Commons in London, Britain October 19, 2019. ©UK Parliament/Jessica Taylor/Handout via REUTERS

Ftit wara nofsillejl xolja l-Parlament Ingliż bħala sinjal tal-bidu uffiċjali ta’ kampanja elettorali li twassal għall-elezzjoni fit-12 ta’ Diċembru li ġej.

Johnson irid elezzjoni fit-12 ta’ Diċembru

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson nieda l-kampanja tal-Partit Konservattiv b’attakk fuq l-opponenti tiegħu, b’artiklu fuq gazzetta.  Huwa qed jikkampanja bl-għajta li Brexit iseħħ. Minn naħa tiegħu, il-Mexxej Laburista Jeremy Corbyn wiegħed “bidla vera” taħt Gvern Laburista.

Illum il-Prim Ministru għandu jżur lir-Reġina Eliżabetta fil-Palazz ta’ Buckingham f’Londra, qabel ma jirritorna f’Downing Street biex iħabbar l-elezzjoni.

Il-ftehim dwar elezzjoni bikrija seħħ il-ġimgħa li għaddiet fil-Parlament, wara sentejn ta’ nuqqas ta’ qbil dwar Brexit. L-Ingliżi kienu vvutaw favur Brexit fl-2016.