Akkużati li xerrdu kliem ta’ mibegħda dwar il-Pulizija Schembri; jinħelsu mill-arrest

It-tliet żgħażagħ li qed jiġu akkużati li xerrdu kummenti ta’ mibgħeda fuq Facebook fil-konfront tal-Pulizija Simon Schembri li ttajjar minn karozza fil-15 ta’ Mejju, ingħataw il-ħelsien mill-arrest.
L-akkużati huma tfajla ta’ 21 sena minn Santa Venera, żagħżugħ ta’ 28 sena minn Raħal il-Ġdid, u ieħor ta’ 24 sena mill-Marsa. Huma kollha qalu li mhumiex ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom iżda nżammu taħt arrest propju għal 11-il jum.
L-allegati kummenti kienu dawk li t-tfajla fuq Facebook semmiet kif kienet tirriversja fuq il-pulizija filwaqt li r-raġel minn Raħal il-Ġdid qal li kien isuq darbtejn fuq il-pulizija. Ir-raġel l-ieħor mill-Marsa tella’ messaġġ li allegatament jgħid li għandu jittajjar tal-inqas uffiċjal tal-pulizija kuljum.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit tat il-ħelsien mill-arrest lit-tfajla u liż-żagħżugħ mill-Marsa l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €5,000 kull wieħed.
It-tnejn li huma qed jintalbu jmorru jiffirmaw tliet darbiet fl-għassa u ma joħorġux mid-dar bejn 12am u s-7am.
Min-naħa l-oħra, ż-żagħżugħ minn Raħal Ġdid inħeles mill-arrest fuq l-istess kundizzjonijiet tat-tnejn l-oħra iżda fuq garanzija personali ta’ €8,000.
Il-Maġistrat talbithom ukoll sabiex ma jitkellmux bejniethom.