Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni għaddejjin fl-MCAST ta’ Raħal Ġdid m’għandhomx jaqbżu s-sena 2022.
Mistoqsi mid-Deputat Nazzjonalista Chris Said dwar dan fil-Parlament, il-Ministru wieġeb fit-28 t’April li sa dakinhar kien tlesta madwar 55% tax-xogħol.
Dan ix-xogħol għaddej fuq l-istituzzjoni edukattiva li tinsab fit-telgħa ta’ Kordin sewa lill-Gvern €16,700,000 sa meta twieġbet il-mistoqsija fil-Parlament.