Ix-xogħol moħbi u l-prekarjat joqtlu

F’dinja ekonomika li tinsa d-dinjita’ tal-bniedem u l-ħtieġa li nippreservaw l-ambjent, il-Papa Fanġisku appella  lill-parteċipanti tat-48 Ġimgħa So           ċjali tal-Insara Taljani biex ikunu id-“dawl soċjali” fil-bliet tagħhom.
F’messaġġ li bagħat għal din il-Konferenza l-Papa li fl-iskrittura, ħafna karattri huma deskritti bix-xogħol tagħhom: dak li jiżra’, dak li jaħsad, is-sajjied, l-amministratur, ir-ragħaj, il-mastrudaxxa, bħal San Ġużepp.  “Mill-Kelma t’Alla toħroġ id-dinja li fiha naħdmu”, osserva l-Papa li għalih “anke t-talenti li nirċievu huma rigali u ħiliet li nużaw fid-dinja tax-xogħol biex nibnu komunitajiet ta’ solidarjeta’ u ngħinu lil dawk li m’għandhomx xejn”.
“Iżda xi mpjeigi jċeeknu id-dinjita’ tal-bniedem”, qal il-Papa meta rrifera għall-kummerċ tal-armamenti, il-prostituzzjoni u l-isfruttar tal-minuri. L-istess jista’ jingħad għax-xogħol moħbi, ħafna drabi illegali jew impjiegi li jiddiskriminaw kontra n-nisa jew persuni b’diżabilita’.
“Anke x-xogħol prekarju hu ġerħa miftuħa għal ħafna mpjegati li jgħixu fil-biża’ li jitilfu l-impjieg tagħhom. Spiss nimsa’ din il-karba bħal dik il-karba ta’ ħaddiem li għandu mpjieg minn Settembru sa Ġunju u li ma jafx hux se  jerġa’ jkollu mpjieg f’Settembru ta’ wara. Prekarjat totali. Dan hu immorali”, sostna l-Papa
Bi kliem iebes il-Papa sostna li dan it-tip ta’ xogħol ma jgħinx lil min jagħmlu. Dan it-tip ta’ xogħol joqtol. “Joqtol id-dinjita’, is-saħħa, il-familji, is-soċjeta’. Ix-xogħol moħbi u x-xogħol prekarju joqtlu. Anke dawk li jfittxu x-xogħol u ma jsibux, dawn jiskoraġixxu ruħhom u ma jibqalhomx is-saħħa li jfittxu aktar bħal dawk il-ħaddiema part-time li mhux kapaċi jogħlew ‘l fuq mil-linja tal-faqar.  Dan kollu hu perikoluż” insista Papa Franġisku.
Il-Papa qal li s-sistema ekonomika llum, iċċentrata biss fuq il-konsum, ma jimpurtahiex mid-dinjita’ tax-xogħol jew mill-protezzjoni tal-ambjent. Ikkritika lil dawk il-kumpanniji li f’isem l-effiċjenza qed jitradixxu l-missjoni soċjali tagħhom. “Dan perikoluż” wissa’ l-Papa.
Madankollu ma rridux naqtgħu qalbna. Il-Papa appella lill-parteċipanti fil-Konferenza biex jagħlqu l-vojt bejn l-iskola u d-dinja tax-xogħol.