Ix-xogħol jiżdied b’5.7%

Read in English.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) spjega li fl-ewwel kwart ta’ din is-sena x-xogħol f’Malta żdied b’5.7%.

Skont l-NSO, il-persuni li jaħdmu jammontaw għal 217,259 li jfissru aktar minn nofs il-popolazzjoni ta’ dawk li għandhom 15-il sena u aktar. Minn dawn, tispjega l-NSO, 186,832 jaħdmu f’impjieg full-time filwaqt li 30,427 jaħdmu part-time.

Ir-rata ta’ qagħad fuq l-istess perjodu ta’ żmien kienet ta’ 2.5% jew 9,966 ruħ qiegħda waqt li l-ammont ta’ persuni li m’humiex fid-dinja tax-xogħol jammonta għal 172,092.

L-NSO qalet li minn dawk li jaħdmu fl-età ta’ bejn il-15 u l-64 sena, 79.1% huma irġiel waqt li 56.4% huma nisa.