Ix-xogħol fuq l-interconnector għaddej lejl u nhar

Read in English.

Beda x-xogħol ta’ tiswija fuq l-interconnector. Fi stqarrija l-Enemalta qalet li t-Tnejn beda x-xogħol fuq il-parti tan-naħa t’isfel tal-interconnector filwaqt li l-Erbgħa beda x-xogħol fuq il-parti ta’ fuq.

L-Enemalta spjegat li x-xogħol qed jibqa’ għaddej lejl u nhar u ftit huma l-ħinijiet fejn kellhom jieqfu mix-xogħol minħabba li t-temp kien favurihom u setgħu jibqgħu għaddejjin.

Ix-xogħol jinsab għaddej minn fuq żewġ vapuri kif ukoll mit-terminal stations tal-Magħtab u Ragusa.

Dan qiegħed isir bi tħejjija għall-aħħar manutenzjonijiet fuq l-interconnector kif ukoll biex jibdew isiru t-testijiet.