Ix-xogħol fuq iċ-ċimiterju tal-annimali jibda s-sena d-dieħla

Read in English.

Imwiegħed fl-2015, jidher li ċ-ċimiterju għall-annimali jista’ jsir realtà s-sena d-dieħla hekk kif il-Ministru għall-Biedja Anton Refalo ħabbar fil-Parlament li fil-baġit ta’ din is-sena ġew ivvutati flus biex jibda x-xogħol fuq dan il-proġett.

Mistoqsi mid-deputat Labursita Jean Claude Micallef, Refalo qal li wasal iż-żmien li l-pajjiż jagħmel qabża fil-kwalità u jibda jitratta aħjar lill-annimali.

Il-Gvern kien identifika żona f’Ta’ Qali ta’ madwar 2,000 metru kwadru fejn għandu l-ħsieb li jiġi żviluppat dan iċ-ċimiterju għall-annimali. Dan il-proġett se jkun l-ewwel proġett tat-tip tiegħu f’Malta fuq 1,800 metru kwadru fl-inħawi magħrufa bħala ta’ San Ġakbu f’Ta’ Qali, limiti ta’ Ħ’Attard. Minkejja raġunijiet ta’ saħħa pubblika, il-fdalijiet tal-annimali mhux se jindifnu b’mod dirett iżda se jiġu kremati.

Il-pubbliku se jkollu wkoll il-possibilità li minflok jidfen l-irmied tal-annimali fiċ-ċimiterju, jeħodhom lura d-dar.