Ix-xogħol fultajm jiżdied bi 2.2%

Matul April, in-numru ta’ ħaddiema fultajm żdied bi 2.2%. Dan meta kkumparat mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel.

Skont informazzjoni maħruġa mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, fi 12-il xahar li għalaq f’April, juri li n-numru ta’ ħaddiema jaħdmu fuq bażi fultajm żdied bi 3,315. B’hekk it-total tal-persuni jaħdmu issa jammonta għal aktar minn 154,000.

Kien hemm ukoll żieda ta’ 403 fin-numru ta’ persuni bla xogħol biex issa l-ammont laħaq is-7,716. Minkejja dan kien hemm nuqqas ta’ 174 mix-xahar ta’ qabel.

L-akbar tkabbir fin-numru ta’ ħaddiema ġie rreġistrat fis-settur tal-edukazzjoni, b’żieda ta’ 970.