Ix-xogħol f’Tal-Muxi qed isir kif suppost

L-Awtorità tal-Ippjanar ikkonfermat li x-xogħlijiet li qed isiru fl-inħawi tal-barriera f’Tal-Muxi fil-Qala, qed isiru skont il-qbil dwar il-metodu ta’ restawr li ġie approvat.
Fi stqarrija, l-Awtorità qalet li fl-2010 kienet ħarġet avviż ta’ infurzar wara li parti kbira miż-żona mtliet b’rimi illegali ta’ skart ta’ kostruzzjoni.  
Matul l-aħħar sentejn, l-Awtorità għamlet pressjoni fuq is-sidien tal-art biex irreġġgħu lura l-post għal li kien.
It-terrapien mormi tneħħa mis-sit u tpoġġa f’barriera fil-qrib.
Ħitan tas-sejjieħ li ġġarrfu waqt it-tneħħija tal-materjal, inbnew mill-ġdid.