Ix-xogħlijiet f’Tal-Balal se jieħdu aktar żmien

Ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni fit-Triq tal-Balal f’San Ġwann b’rabta mal-proġett tal-Kappara, se jieħdu aktar żmien.
Fi stqarrija, Transport Malta qalet li minħabba raġunijiet tekniċi, ix-xogħlijiet se jiġu estiżi mil-lejla sa nhar il-Ġimgħa.
Ix-xogħlijiet se jsiru bejn id-9pm u s-6am.
TM fakkret li waqt il-ħin tax-xogħol, it-traffiku minn San Ġwann lejn in-Naxxar se jgħaddi minn Triq Bellavista, il-Qasam Industrijali ta’ San Ġwann, il-junction ta’ ħdejn l-Isptar Mater Dei u l-bypass ta’ Birkirkara.
It-traffiku min-Naxxar lejn San Ġwann se jgħaddi minn Triq Ħal Għargħur u l-bypass ta’ Birkirkara.