​Ix-xogħlijiet fi Triq ix-Xatt il-Gżira se jkomplu l-ġimgħa d-dieħla

Ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni fi Triq ix-Xatt il-Gżira b’rabta mal-proġett tal-Kappara, se jkomplu l-ġimgħa d-dieħla.
Transport Malta avżat li min-nhar it-Tnejn sal-Erbgħa se jsiru xogħlijiet mid-9am ‘il quddiem.
Qalet li waqt il-ħin tax-xogħol, it-traffiku lejn Tas-Sliema mhux se jkun affettwat filwaqt li t-traffiku lejn l-Imsida se jgħaddi minn Triq Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa. 
It-trasport pubbliku mhux se ikun affettwat.