Ix-xogħlijiet fi Triq il-Kosta ma jolqtux ħażin il-proġett ta’ Kennedy Grove

Ix-xogħol ta’ tisbiħ ta’ Kennedy Grove fil-Park tas-Salina mistenni jitlesta fil-ħin minkejja d-dewmien fix-xogħlijiet infrastutturali ta’ Triq il-Kosta.
Il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat ħabbar dan waqt żjara li għamel fil-park fejn matulha semma li sal-aħħar ta’ Novembru se jitlesta l-outdoor gymn u l-apparat għal-logħob tat-tfal.
Spjega li għaddej ukoll xogħol fuq id-dawl u l-għamara tal-ġnien.
Se jitħawwlu wkoll madwar 150 siġra.