Ix-xogħlijiet esterni fiċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat se jitlestew sa Ġunju

Beppe Galea

Read in English.

Xogħlijiet esterni fiċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat, Għawdex, se jitlestew sat-tieni kwart tas-sena d-dieħla, jew sa Ġunju tal-2020.

Fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri spjega li filwaqt li x-xogħlijiet esterni għaddejjin kif pjanat, ix-xogħlijiet fuq ġewwa fiċ-Ċentru tas-Saħħa u l-apparat meħtieġ qegħdin jiġu kkordinati mill-Ministeru għas-Saħħa. Għaldaqstant, ma ngħatatx data għal meta dawn se jitlestew.

Cutajar talab data preċiża ta’ meta ċ-Ċentru se jkun jista’ jibda jilqa’ lill-pazjenti. Staqsa wkoll fuq l-istimi relatati mal-proġett, iżda ma ngħatatx tweġiba fuq dan.