Ix-Xlendi: Tista’ tgħum fit-triq jew fil-baħar

Ironikament, hekk kif it-triq tax-Xlendi tispiċċa tgħum fiha minħabba l-ilma li nġema', id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali llum stess ħareġ javża li ż-żona tal-għawm fil-bajja tax-Xlendi hija tajba għall-għawm.
Dan wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar fl-aħħar jiem, u rriżulta li l-baħar kien nadif.
Id-Direttorat irtira l-avviż li ħareġ il-ġimgħa l-oħra kontra l-għawm fil-bajja tax-Xlendi, minħabba kontaminazzjoni qawwija minn materjal ta’ rziezet li ntrema illegalment.
Il-pubbliku jista’ jżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook jew is-sit uffiċjali għal informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm.
Ritratt: ​Ireneusz Wróblewicz