Ix-xitwa ġejja lura b’vendetta

maltemp
Ritratt: David Mark / pixabay

Read in English.

Skont paġna lokali li tħabbar it-temp, din il-ġimgħa mistennija ġġibilna riħ qawwi, xita u anke silġ. Għalhekk dawk fostkom li kienu qed jieħdu pjaċir b’temp sħun mhux tas-soltu għal Jannar se jieħdu doċċa kiesħa.

Skont il-paġna ta’ Facebook tal-MaltaWeather.com, il-gżejjer Maltin mistennija li jintlaqtu b’perjodu kiesaħ ħafna b’riħ qawwa forza ta’ riefnu, xita u silġ hekk kif temp kiesaħ mis-Siberja se jidħol fil-Mediterran Ċentrali.

Minn għada t-Tlieta sa mill-inqas il-Ħadd huma mħabbra rjiħat u ħalbiet tax-xita bit-temperatura tinżel  11˚Ċ sa nhar il-Ħadd.