Ix-xitan ma jħallih qatt bi kwietu

Il-ħajja ta’ eżorċista hija diffiċli mmens u għal Fr. Saviour Borg mhux inqas, minħabba li x-xitan ma jħallih kwiet qatt. Kemm meta jkun imqajjem u anke meta jkun rieqed. Tant hu hekk li jibda jkollu ħolm ikrah ħafna propju fuq ċertu postijiet li jkun żar, jew ser iżur fil-futur biex jagħmel l-eżorċiżmu.

X’jiġri meta hu u Fr. Grima jmorru jżuru din id-dar partikolari? Ser jeħilsu malajr jew ikollhom daqsxejn problemi mhux ħażin? U wara? Kollox ikun solvut għal din il-familja jew le?

Dan hu dak li se jiġri fl-episodju tal-lum bl-isem ta’ Fr Borg mis-sensiela Aenigma li jixxandar kull nhar at’ Ħamis fil-11.30pm fuq l-istazzjon Melita More, Cable Channel 315.