Ix-Xitan Kunjomu Malti

L-istorja hija dwar tifla żgħira Skoċċiża, ippossessata mix-xitan u tgħajjat kliem għoxxen bil-Malti. Hija tinġab Malta biex l-eżorċisti jsibu l-konnessjoni u hemm fejn u meta jinfetħu l-bibien tal-infern għax-xitan innifsu biex iżur l-udjenza għal taħdida wiċċ imb’wiċċ.
Hekk kif l-udjenza tkun drat is-satira bla rażan u kummiedja sfrenata, l-istorja tinbidel fi traġedja vjolenti ta’ qsim il-qalb.
Roderick Vassallo, John Suda, Marvic Cordina, Jamie Cardona u Shelby Aquilina – li kollha ħadmu fil-produzzjoni ta’ Azzopardi Il-Kappillan Ta’ Malta – jingħaqdu ma’ Paul Portelli, Mikhail Basmadjian u Polly March f’din l-esperjenza teatrali li tqanqal u tisfida lil dak li jkun.
Ix-Xitan Kunjomu Malti se tittella’ fil-31 ta’ Jannar, l-1, is-6, is-7, it-8 u 9 ta’ Frar fit-8pm fit-Tearu Manoel, il-Belt Valletta. Il-biljetti jinkisbu mill-box office tat-Teatru Manoel, fuq il-linja tat-telefon 2124 6389 jew online.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt