Ix-xita qalila ddgħajjef in-nirien fl-Awstralja

FILE PHOTO: Floodwaters are seen during heavy rainfall at the Australian Reptile Park in Somersby, New South Wales in this still frame obtained from January 17, 2020 social media video. AUSTRALIAN REPTILE PARK /via REUTERS

Ix-xita li għamlet fl-istat ta’ Queensland fl-Awstralja wasslet biex taffiet ftit minn nirien li ħakmu lil din iż-żona u li wasslet għal qerda totali ta’ 2.5 miljun ettaru ta’ art f’dawn l-aħħar xhur. Madanakollu dawn il-kundizzjonijiet meterjoloġiċi wasslu wkoll għal sitwazzjoni ta’ għargħar f’għadd ta’ nħawi. 

Skond kalkoli li saru mill-aġenzija Reuters, hu mifhum li l-ammont ta’ xita li għamlet kienet iktar minn kward tal-medja annwali, bl-uffiċċju meterjoloġiku jgħid li kien mistenni jkun hemm inżul ta’ iktar minn 160 millimetru fl-aħħar 24 siegħa. 

Hu mifhum li aktar xita hija mistennija fil-jiem li ġejjn. 

Għadd ta’ nies kellhom jiġu salvati minn ħaddiema ta’ salvataġġ minħabba l-għargħar u għadd ta’ pontijiet u toroq kellhom jiġu magħluqa. Ma’ kienx hemm ħsarat kbar rapurtati. 

Ix-xita li għamlet fl-aħħar jiem fi Queensland, New South Wales u Victoria għenet mhux ftit biex ddgħajjef l-impattt tan-nirien fiż-żoni milquta min-nirien li ħakmu żona d-daqs tal-Ġreċja, qatlu 33 persuna u miljuni ta’ annimali.